Ħafna drabi nisimgħu li iktar kemm jgħaddi żmien, jibda jittaffa l-uġigħ ta’ xi esperjenza trawmatika bħall-mewt fil-familja. Iżda ħafna minn dawk li verament jesperjenzawha, jgħidu li l-weġgħa tibqa’ tinħass ta’ kuljum.
Il-Membru Parlamentari Ivan Castillo qasam kitba fuq Facebook li biha fakkar il-memorja tal-għażiż missieru li ħalliena bħal-lum erba’ snin ilu. Din id-darba nzertat ġurnata wara Jum il-Missier.
“Jumejn li dejjem iġibuni wiċċ imb wiċċ man-nuqqas tiegħek. Għax kull jum mingħajrek hu diffiċli, imma dawn il-jiem iħallu vojt li ma jimtela qatt… Grazzi, Pa. Għal kull sagrifiċċju li għamilt għalija. Għall-imħabba li tajt lill-familja tagħna.”
Ivan iżid li missieru għadu jgħix f’kull tifkira, f’kull valur li għaddielu, u f’kulma jwettaq. Jistrieħ fis-sliem. Nagħtu kuraġġ lil Ivan u l-familjari.
Facebook/ Ivan Castillo