L-Uffiċċju Meteoroloġiku ħareġ twissija hekk kif it-temperaturi mistennija jilħqu t-33°C matul din il-ġimgħa, filwaqt li t-temperatura tinħass sa 35°C bejn it-Tnejn u l-Ħamis.
Intant, l-indiċi UV se jilħaq livell 10, meqjus bħala għoli ħafna, qabel jinżel ftit għal 9 il-Ħamis u jerġa’ jitla’ għal 10 fi tmiem il-ġimgħa.
Aktar kmieni dan ix-xahar, il-Met Office kien diġà nnota li t-temperaturi medji fir-rebbiegħa kienu ogħla min-normal klimatiku, b’medja ta’ 17.3°C, jiġifieri 0.5°C aktar mis-soltu.
Il-mewġ ta’ sħana mhux qed jolqot biss lil Malta, hekk kif diversi pajjiżi Ewropej qed iħejju ruħhom għal temperaturi estremi fil-jiem li ġejjin.
Xi pajjiżi diġà ħadu miżuri speċjali biex inaqqsu l-effetti tas-sħana, fosthom l-għeluq tal-iskejjel u t-tħassir ta’ servizzi tal-ferrovija.
Fi Franza, matul tmiem il-ġimgħa ġew irreġistrati wkoll imwiet marbuta mas-sħana qawwija.
Facebook/ Visit Malta