“Jekk Għandek Ġisem, Għandek Il-Potenzjal Li Tkun Atleta” – Omar Rababah

F’messaġġ li qasam dalgħodu fuq il-midja soċjali, Omar Rababah enfasizza l-importanza tal-attività fiżika u kif, wara perjodu fejn naqqas mill-isport, induna kemm hu essenzjali li wieħed jibqa’ attiv.



Rababah sostna li kull persuna għandha l-potenzjal li tkun atleta, mhux bilfors f’livell kompetittiv, iżda billi ssib attività fiżika li tagħmel ġid lil saħħitha. Huwa spjega li l-mixi sar l-attività favorita tiegħu, peress li joffri opportunità biex wieħed jirrilassa, jaħseb, jisma’ l-mużika jew podcast, filwaqt li jieħu ħsieb saħħtu.



Minkejja li ġej mid-dinja tal-futbol, fejn il-mixi spiss jitqies bħala attività inqas importanti, Rababah qal li maż-żmien beda japprezza l-valur tiegħu. Huwa saħaq li mhux kull eżerċizzju jeħtieġ ikun intensiv biex ikun effettiv.

Fl-aħħar tal-messaġġ tiegħu, ħeġġeġ lil kulħadd biex, fejn possibbli, jagħmel aktar mixi, filwaqt li fakkar fil-benefiċċji kbar li din l-attività sempliċi tista’ ġġib kemm għas-saħħa fiżika kif ukoll għal dik mentali.



Ritratti:

Pexels /

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI