“53 Illum… Illum, Mhux Biss Qed Niċċelebra Għeluq Snini Ieħor, Iżda Ħajja Rikka Fl-Imħabba, Fid-Daħk, Fil-Ħbiberija, Fil-Familja…” – Marika Caruana Smith

Marika Caruana Smith

Il-preżentatriċi Marika Caruana Smith iċċelebrat għeluq it-53 sena tagħha billi qasmet messaġġ fuq il-midja soċjali, fejn irriflettiet fuq il-valuri li tassew jagħmlu l-ħajja sinifikanti.



Fil-messaġġ tagħha, Marika qalet li aktar ma jgħaddu s-snin, aktar qed tirrealizza li l-akbar rigali tal-ħajja mhumiex l-affarijiet materjali, iżda n-nies li nħobbu u l-memorji li noħolqu fost l-oħrajn.

"Qalbi mimlija gratitudni għal kull esperjenza li sawritni, kull sfida li għamlitni aktar b’saħħti, u kull persuna li mxiet miegħi f’dan il-vjaġġ... Illum, mhux biss niċċelebra għeluq snini ieħor, iżda ħajja rikka fl-imħabba, fid-daħk, fil-ħbiberija, fil-familja, u f’għadd kbir ta’ barkiet."

Awguri mill-qalb Marika!

Ritratti:

Facebook/ Marika Caruana Smith

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI