“Din Francesca Dejjem B’Xi Waħda Ġdida!” – Alison Abela Fi Tmiem L-Ewwel Sensiela Ta’ ‘Qalbi’

Alison Abela Attriċi

L-attriċi Alison Abela matul din l-iskeda ħadem il-karattru ta' Francesca waqt l-ewwel sensiela ta' Qalbi. Hekk kif din is-sensiela waslet fi tmiemha, Alison qasmet ringrazzjamenti mill-qalb dwar dan il-vjaġġ.

"Din Francesca dejjem b’xi wahda gdida!! Hekk kif inghalaq l-ewwel stagun ta’ Qalbi ma nistax ma nirringrazzjax lir-Rikordja li afdawli lil Francesca, rwol li vera ghall-qalbi ghax ittini hafna kedded u sodisfazzjon."



Alison tkompli, "Grazzi Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber tal-mod speċjali tagħkom kif iżżewqu l-istorja b’tant reqqa u sofistikazzjoni. U lilek Adrian Saliba tad-direzzjoni tieghek li tohrog l-ahjar mill-attur b’tant mhabba... inħobbkom ħafna... apparti lill-atturi kollha li qed naqsam ħafna xeni tal-ġenn magħkom..."

Tesprimi anke l-gratitudni tagħha lejn it-telespettaturi li kontinwament jappoġġjaw lilha u lil sħabha kollha f'kull produzzjoni li jwasslu.

Prosit bħal dejjem Alison!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI