“21 Sena Ilu Ħriġt L-Ewwel Darba Ma’ Din” – Oliver Scicluna B’Messaġġ Ta’ Mħabba

Oliver Scicluna kiteb messaġġ ta’ mħabba fuq il-paġna tiegħu biex jawgura lil martu f’ġurnata speċjali, il-ġurnata li fiha ltaqgħu flimkien għall-ewwel darba.

Hu kiteb, “21 sena ilu ħriġt l-ewwel darba ma’ din. Niftakar sew kien BBQ bejn il-ħbieb taħt dak li kien ir-Rinella Movie Park. Għalkemm dakinhar ma’ kont nafx li ser nikbru flimkien, u nibnu familja pero mil-ewwel ġurnata ħassejt li Angela kienet differenti, kienet dik il-persuna speċjali.”



Żied jiftaħ qalbu, “Mhux kollox ward u żahar, anzi għaddejna min ħafna flimkien, iżda l-ħajja sabiħa meta taffaċja kollox flimkien. Paċenzja bijja tieħu bl-addoġġ!!!”



Nawgurawlhom mill-qalb u nixtiequlhom diversi iktar snin ta’ mħabba u hena flimkien.



Ritratti:

Facebook / Oliver Scicluna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI