“23 Illum! Inħossni Verament Grata” – L-MP Eve Borg Bonello

L-MP Eve Borg Bonello llum qed tiċċelebra jum għeluq sninha. Hi ppubblikat messaġġ ta’ ringrazzjament fuq il-paġna uffiċjali tagħha biex tesprimi kemm tinsab grata għall-imħabba u l-messaġġi li rċeviet.

Hi kitbet, “23 illum! Inħossni verament grata li jien imdawra b’nies li nħobb u passjonijiet li jinteressawni ħafna. Grazzi tax-xewqat sbieħ tagħkom. Ninsab ħerqana biex inkompli naħdem b’ħilti kollha.”



Flimkien ma’ dan il-messaġġ ippubblikat ritratt tagħha żomm fjuri l-ġmiel tagħhom, bi tbissima ġenwina fuq fommha li tixhed il-ferħ f’qalbha.



Fuq dan il-messaġġ irċeviet bosta kummenti mingħand persuni jawgurawlha u jirringrazzjawha tad-dedikazzjoni tagħha.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali!



Ritratti:

Facebook / Eve Borg Bonello

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI