L-eks parteċipant ta’ Love Island Malta Nate, illum qed jiċċelebra għeluq it-33 sena tiegħu u qasam messaġġ ħelu u umoristiku mas-segwaċi tiegħu fuq il-midja soċjali.
“Le mhux sinjal gangster, iżda kemm għalaqt żmien,” kiteb b’ton ċajtier waqt li rrefera għall-età tiegħu. Nate kompla jgħid li seta’ għażel li jqatta’ din il-ġurnata ħdejn il-baħar jew b’“xi żewġ cocktails”, iżda stqarr li r-rutina u s-sempliċità huma wisq qrib qalbu.
Huwa żied ukoll kemm iħossu marbut ma’ post partikolari fejn jiltaqa’ ma’ sħabu u mal-klijenti tiegħu. “Biżejjed kliem għal-lum, tlieta u tletin ġewwa,” temm jgħid b’daħka.
Diversi persuni ħallewlu messaġġi ta’ awguri hekk kif illum qed jimmarka kapitlu ieħor f’ħajtu.
Fb/ Nate