“Jiċċelebraw 50 sena ta’ mħabba ” Hekk intqal fil-messaġġ sabiħ dwar l-anniversarju tal-koppja Rossignaud, li flimkien qed jiċċelebraw nofs seklu ta’ mħabba, għaqda u rispett.
Għall-50 Anniversarju tagħhom flimkien, il-koppja għażlet li tkun imdawra mill-familja u l-ħbieb tagħha għal din l-okkażjoni tant sabiħa. Sabiex tkun ġurnata iktar speċjali il-koppja għażlet li tieħu inizjattiva ġeneruża.
Minflok jirċievu rigali, huma għażlu li jagħtu donazzjoni sabiħa ta’ €1,500 lil Puttinu Cares sabiex jgħinu familji Maltin li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli. Ġest bħal dan ma jurix biss l-imħabba bejn il-koppja, iżda wkoll il-qalb kbira tagħhom lejn il-proxxmu.
F’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil Veronica u Ramon ħafna aktar snin ta’ saħħa, ferħ, paċi u mħabba flimkien!
Fb/ Puttinu Cares