Mument tassew kommoventi seħħ barra Castel Gandolfo hekk kif żagħżugħ Spanjol ta’ 15-il sena stenna sigħat sħaħ biex jiltaqa’ mal-Papa Ljun u jgħaddilu messaġġ sempliċi iżda mimli emozzjoni. “Għidtlu li jien imfejjaq” jistqarr emozzjonat iż-żagħżugħ.
Skont rapporti u sorsi internazzjonali, iż-żagħżugħ kien marad bil-marda tal-kanċer is-sena li għaddiet u għadda minn perjodu diffiċli ħafna kemm ta’ kura kif ukoll ta’ battalja personali. Għaldaqstant matul il-Ġublew taż-Żgħażagħ li seħħ xhur ilu, il-Papa kien talab pubblikament biex in-nies jitolbu għalih u għall-familja tiegħu.
Leaving Castel Gandolfo this evening, Pope Leo XIV met with Ignacio, the 15-year old from Spain with cancer that the Pope prayed for at World Youth Day last year. Today, he told the Holy Father that he is cured. pic.twitter.com/sTueFXlUED
— Catholic Sat (@CatholicSat) May 12, 2026
Ilbieraħ, wara li rnexxielu jiltaqa’ mal-Papa wiċċ imb wiċċ, iż-żagħżugħ irringrazzjah talli baqa’ jżommu fit-talb tiegħu. Skont dawk preżenti, il-mument kien wieħed mimli emozzjoni u tbissim, tant li ż-żagħżugħ anke stiednu jgħidlu: “Issa ejja Madrid!”
L-istorja ħalliet impatt pożittiv fuq il-midja soċjali, b’ħafna jsejħu dan il-mument bħala wieħed mirakoluż mimli tama, kuraġġ u fidi.
Twitter/ Catholic Sat