L-attriċi Brianne Howey, magħrufa għall-irwol ta’ Georgia fis-serje popolari “Ginny & Georgia”, qed tistenna tarbija fil-ħajja reali proprju fl-istess żmien li l-karattru tagħha se jkun tqila fl-istaġun li jmiss tas-serje ta’ Netflix.
Dan qed jagħmel lill-istaġun il-ġdid aktar mistenni minn qatt qabel, speċjalment wara t-tmiem drammatiku tal-aħħar staġun fejn Georgia spiċċat arrestata waqt li l-futur tal-familja Miller jinsab kompletament imdendel max-xifer.
Skont rapporti internazzjonali, l-istaġun il-ġdid mistenni jkompli jesplora aktar tensjoni, drama emozzjonali u sigrieti li jistgħu jibdlu kollox għall-familja. It-tqala ta’ Georgia mistennija tkun waħda mill-akbar żvolta tal-istorja, hekk kif il-karattri se jkollhom jiffaċċjaw realtà ġdida mimlija pressjoni u inċertezzi.
Bosta segwaċi fuq il-midja soċjali jistqarru li sabu din l-aħbar interessanti ferm hekk kif il-ħajja reali u dik fuq l-iskrin kważi qed jimxu pass pass flimkien. S’issa għadu mhux magħruf meta eżattament se joħroġ l-istaġun il-ġdid, iżda huwa mistenni li jasal fuq Netflix matul is-sena 2027.
Fb/ Netflix Updates; Fb/Brianne Howey