23 sena ilu, il-pajjiż kien maħsud bil-qtil ta’ Alfie Rizzo. Alfie kien persuna maħbub minn bosta nies. Hu kellu ħanut tax-xagħar u kien ġie maqtul għal LM30, meta ħalliel daħal sabiex jisraq il-ħanut li fih kien jaħdem Alfie.
Ħuh l-għażiż ħalla messaġġ fuq il-midja soċjali, “23 sena ilu ħu l-maħbub u għażiż Alfie Rizzo ħalliena. Kien persuna tant maħbuba. Iż-żmien ma jfejjaqx għax id-dwejjaq tat-telf tiegħu għadu jinħass sew. Itlob għalija ħija għax għandi bżonn it-talb tiegħek. Inħobbok għal dejjem.”
Strieħ fis-sliem Alfie – żgur li ħafna jibqgħu jiftakruk.