Disgħa u għoxrin sena ilu, proprju bħal-lum fl-1997, Air Malta għaddiet minn wieħed mill-aktar episodji serji fl-istorja tagħha meta t-titjira KM830, operata b’ajruplan Boeing 737-200 u fi triqitha minn Malta lejn Istanbul, ġiet maħtufa minn żewġ ċittadini Torok.
Il-ħatfa kienet marbuta mat-talba għall-ħelsien ta’ Mehmet Ali Ağca, ir-raġel li kien spara fuq il-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1981.
L-ajruplan spiċċa niżel Cologne, fil-Ġermanja, fejn l-inċident intemm b’mod paċifiku wara li t-Torok ċedew. Fortunatament, l-74 passiġġier u s-sitt membri tal-ekwipaġġ ma ġarrbu ebda ġrieħi.
AV8/ Mark Nutter