Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Puttinu Cares qasmu aħbar pożittiva hekk kif il-permess għal aktar spazju u akkomodazzjoni għall-pazjenti u l-familji, ġie mogħti wkoll.
“Aktar għajnuna għal pazjenti. Ir-rata ta’ pazjenti li jmorru l-Ingilterra għall-kura qed tkompli tiżdied. Matul is-sena li għaddiet, Puttinu ħadem bla waqfien biex niksbu l-permess għal sular ieħor fil-binja l-ġdida fiċ-ċentru ta’ Londra… u rnexxielna!”
Permezz biex ikollhom, “29 studio apartments ġodda għall-pazjenti u l-familji tagħhom, sabiex ikollhom post sigur u komdu.” Dan jibbenefikaw minnu waqt li jkunu qed jirċievu l-kura.
L-appell ta’ Puttinu huwa biex fil-Ġimgħa l-Kbira nikkontribwixxu permezz ta’ donazzjoni, li tgħin biex jitlestew l-appartamenti malajr. “Ejja ngħinu flimkien!”