Illejla Mixja F’Manoel Island B’Risq Hospice Malta – Ivan Gaffiero Jistieden Lil Kulħadd Biex Jipparteċipa

Ivan Gaffiero qed jistieden lill-pubbliku jingħaqad mal-kontestanti ta’ Miss Maltese Beauty 2026, Mr Malta 2026, Mrs Malta 2026 u Junior Miss of Malta 2026 għall-Mixja Annwali b’risq Hospice Malta.

L-attività se ssir illejla f’Manoel Island, il-Gżira, bil-parteċipanti mistennija jiltaqgħu fit-19:45. Min jixtieq jieħu sehem jista’ jagħti donazzjoni ta’ €5, bil-fondi jinġabru għal Hospice Malta u l-ħidma tagħha mal-pazjenti u l-familji tagħhom.

"Ejjew magħna u ningħaqdu flimkien għal din il-kawża sabiħa," kiteb Ivan filwaqt li ħeġġeġ lill-pubbliku biex jagħti sehmu.

"Kull kontribuzzjoni, kbira jew żgħira, tagħmel differenza. Nistennewkom! Ejjew nimxu flimkien għal Hospice Malta," temm jgħid.

Inizjattiva sabiħa li tgħaqqad flimkien diversi persuni għal għan wieħed – li jinġabru fondi u tingħata aktar għajnuna lil Hospice Malta fil-ħidma importanti tagħha.

Ritratti:

Facebook / Ivan Gaffiero

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI