“Bezzjoni, Nann… Min Jaf Kemm Feraħ In-Nannu Issa Li Qiegħda Ħdejh” – Remenda Grech

B'messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali, Remenda Grech għadha kif ħabbret li sfortunatament ħalliet din id-dinja n-nanna tagħha.

"Inħobbuk, nann! Min jaf kemm feraħ in-nannu issa li qiegħda ħdejh," kitbet hi fuq nota emozzjonanti.

In-nanna ta' Remenda mistennija tingħata l-aħħar tislima fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba nhar it-Tnejn li ġej.

Bosta kienu dawk li fissru d-dispjaċir tagħhom fl-isfond ta' din l-aħbar.

Tistrieħ fis-sliem!

Ritratti:

Facebook / Remenda Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI