Jitqajjem Dibattitu Dwar Jekk Għandhomx Jibqgħu Jsiru L-After Parties Wara L-Festi Tar-Raħal

Matul dawn l-aħħar sigħat, il-programm ta' diskussjoni AWLA qanqal dibattitu fuq il-midja soċjali dwar jekk għandhomx jibqgħu jsiru l-after parties wara l-festi li jsiru fix-xhur tas-sajf fl-irħula u l-bliet Maltin.

Id-dibattitu wassal għal opinjonijiet diversi hekk kif is-suġġett tal-after parties huwa wieħed kontroversjali għal ħafna.

Dawk li huma favur l-after parties isostnu li dan huwa mod sabiħ kif iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi jiġu estiżi u b'hekk il-ferħ u l-għaqda li din it-tradizzjoni Maltija ġġib magħha titgawda min-nies għal iżjed ħin.

Min-naħa 'l oħra, dawk li huma kontra jargumentaw li l-after parties jiddevjaw mill-għan fundamentali tal-festi Maltin u konsegwentament itellfu mill-attenzjoni li għandha tingħata lejn aspetti tal-festa bħall-marċijiet. Huma jsostnu wkoll li ħafna drabi, dawn l-after parties iwasslu għal imġieba mhux xierqa li tkun ta' detriment, b'mod speċjali, għar-residenti tal-lokalità.

Intom x'inhi l-fehma tagħkom dwar dan?

Ritratti:

Facebook / Short Lets Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI