3,000 Każ Attiv F'Pajjiżna – L-Ogħla Numru Li Qatt Kellna!

Il-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, ippubblikat iċ-ċifri tal-lum. Malta rreġistrat rekord ta’ 233 każ ġdid ta’ Covid-19 wara li saru 3,654 test fl-aħħar 24 siegħa. Din hija l-ewwek darba li lħaqna 3,000 każ pożittiv u attiv f’Malta.

Il-gżejjer irreġistraw 162 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 19,905. Minn meta faqqgħet din il-pandemija, Malta rreġistrat 23,226 każ u wettqet 709,336 test.

Matul l-aħħar 24 siegħa, żewġ persuni oħra mietu: anzjan ġewwa Malta u ieħor ġewwa Għawdex. Dan ifisser li n-numru totali ta’ mwiet ta’ Malta issa huwa ta’ 321.

Il-post innota wkoll li sal-bieraħ, l-1 ta’ Marzu, 84,129 doża tal-vaċċin ġew amministrati lil diversi persuni fil-gżejjer. 29,748 minn dawn kienu t-tieni dożi.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI