Waqt il-programm Ħin it-Te, kienu mistednin Solange u Antoine Magri, li jitkellmu dwar iż-żmien meta sabu lil Puttinu Cares ta' spalla għalihom f'kull mument. Iż-żmien diffiċli meta Puttinu kienu tant jgħinu lil binhom, l-anġlu ċkejken, Juan, li kellu bżonn trattament speċjali.
Antoine jgħid, "Xi ħaġa li timpressjonani hi li waqt li tkun hemm l-affarijiet ma tistaqsix għalihom, taħsibhom. Malli taħsibhom issibhom hemm."
Solange iżżid, "Peress li kien żmien il-Covid, u jiena kont ħafna ħin waħdi ġol-kamra ma stajtx noħroġ, ovvjament kelli tarbija u ma stajtx noqgħod niġri bih fil-kurituri, Antoine ma setax jiġi kuljum, u kelli lil Angele u Rennie li kienu jiġu ġurnata sħiħa ħdejja... il-mumenti li għamilt nitkellem magħhom kienu s-salvazzjoni tiegħi naħseb."
Kif ħafna jafu Antoine għadu sal-lum il-ġurnata jagħti ikliet lil Puttinu Cares, xi ħaġa li min jaf kemm japprezzaw u kemm jifirħu biha l-pazjenti żgħar u l-ġenituri tagħhom.
Segwu l-intervista sħiħa fil-post ta' Pierre Cordina.