Il-kantanta Ina Robinich qasmet messaġġ emozzjonali fuq Facebook biex tfakkar lil missierha, Giovann, li ħalliena 30 sena ilu.
Fit-tislima tagħha, Ina kitbet li fit-23 ta’ Awwissu 1996 missierha ħalla din id-dinja, iżda minkejja l-mogħdija tas-snin, il-memorja tiegħu għadha ħajja f’qalbha u f’ħsibijietha.
“Sakemm nerġgħu niltaqgħu ibqa’ ħu hsebi u l-aktar lil ibni,” kitbet Ina, filwaqt li żiedet #dejjemfqalbi u #ilpapatieghi.
Il-post kien akkumpanjat minn ritratt sabiħ ta’ Ina flimkien ma’ missierha, li fih jidhru flimkien bi tbissima fuq wiċċhom. Il-messaġġ qanqal bosta reazzjonijiet ta’ simpatija u kummenti ta’ faraġ minn dawk li raw it-tislima tagħha.
Tletin sena wara t-telfa tiegħu, it-tislima ta’ Ina turi kif l-imħabba lejn ġenitur tibqa’ ħajja fil-qalb, minkejja kemm jgħaddu snin. Insellmu l-memorja ta' missierha.
Facebook/ Ina Robinich