Id-Djoċesi f’Għawdex tinsab f’luttu wara t-tħabbira tal-mewt ta’ Dun Ġużepp Attard, mill-Parroċċa tax-Xagħra.
F’post ippubblikata fuq il-paġna Diocese of Gozo, tħabbar li Dun Ġużepp għadu kemm daħal fil-ħajja ta’ dejjem fl-età ta’ 82 sena.
Id-Djoċesi ħabbret ukoll li d-dettalji dwar il-funeral tiegħu jingħataw aktar ’il quddiem. Il-post jintemm b’talba għal ruħu: “Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.”
Il-komunità Nisranija u dawk kollha li kienu jafuh qed joffru t-talb tagħhom għall-mistrieħ ta’ ruħu u għall-faraġ tal-familjari u l-għeżież tiegħu fil-kummenti f’dan il-mument ta’ niket.
Jistrieħ fis-sliem.