Bejn Rebħa Fil-Futbol U Bejn Il-Festa Ta’ Santa Liena, Għada Mistennija Ċelebrazzjoni Kbira F’Birkirkara

Għada mistennija ċelebrazzjonijiet kbar fost il-Karkariżi, hekk kif mhux biss din il-lokalità se tkun qiegħda tiċċelebra l-festa ta' Santa Liena, iżda wkoll se tkun qiegħda tiċċelebra r-rebħa tat-tim tal-futbol tagħha b'skor ta' 1-0 kontra l-Ħamrun Spartans.

Fil-fatt, illejla bosta partitarji nġemgħu fil-grawnd f'Ta' Qali sabiex isegwu partita mimlija tensjoni u emozzjonijiet bejn il-Ħamrun Spartans u l-Birkirkara FC.

Kien gowl fl-aħħar minuta mingħand Zach Muscat, li kumbinazzjoni proprju llum qed jiċċelebra wkoll għeluq sninu, li tefa' lil Birkirkara FC fil-vantaġġ u b'hekk żgura rebħa.

Ritratti:

Facebook / ‘Birkirkara FC’ u ‘Santa Liena u Birkirkara’

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI