Wara s-suċċess li kisbet fit-tieni staġun ta' The Voice Kids billi rnexxielha tasal sal-fażi finali tal-kompetizzjoni, il-kantanta żagħżugħa Mia Lanzon issa għadha kif ħarġet l-ewwel kanzunetta tagħha li ġġib l-isem 'Forevermore'.
Il-kanzunetta, li hi miktuba u prodotta minn Mia stess bil-għajnuna ta' Gillian Attard kif ukoll Cyprian Cassar, iġġorr messaġġ importanti u pożittiv; tkun kemm tkun diffiċli l-ħajja, għandna dejjem inżommu qrib tagħna lin-nies li nħobbu, għaliex l-imħabba vear tista' ddum għal dejjem.
B'din il-kanzunetta, il-kantanta qed taspira li tintroduċi ruħha fix-xena mużikali bħala kantanta li ma tibżax tkun differenti mill-bqija, kemm-il darba b'hekk tkun qed tesprimi dak li hi tant passjonata dwaru.
Sors: melodija.eu
Instagram / Mia Lanzon