“30 Sena Tiegħek! Aħna Lkoll Kburin Ħafna Bik” – Victorio Gauci Lil Ħuh Clive

Clive Gauci

Il-kantant lokali Victorio Gauci kiteb messaġġ t'awgurju għal ħuh Clive, li wkoll huwa kantant u erba' snin ilu rebaħ Mużika Għall-Fondazzjoni Nazareth.

"30 sena tiegħek! Int ġejt għaxar snin warajja, u peress li jien il-kbir, kelli l-privileġġ li narak tikber u ssir ir-raġel mill-aqwa li int illum.. Aħna lkoll kburin ħafna bik u nawgurawlek biss hena, suċċess u dak kollu li tixtieq qalbek... Inħobbuk!" jikteb Victorio.

Qasam ritratt mill-isbaħ tiegħu u ta' ħuh, li juri l-imħabba u l-għaqda li hemm bejn l-aħwa. Awguri Clive!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI