John Demanuele – Isem Li Għal Bosta Snin Kien Parti Mill-Ħajja Ta’ Ħafna Maltin U Għawdxin

John Demanuele, isem li għal bosta snin kien parti mill-iskrins u r-radji ta’ ħafna familji, ilbieraħ iċċelebra għeluq sninu, hekk kif għalaq 83 sena!

Imwieled fir-Rabat, Għawdex, fl-14 ta’ Novembru 1943, John bena karriera varjata li matulha mess diversi oqsma, fosthom l-isport, id-divertiment u l-kultura. Il-vjaġġ tiegħu fix-xandir beda fil-bidu tas-snin tmenin fuq Radju Malta, iżda waħda mill-esperjenzi li ħafna jistgħu jiftakru kienet il-ħidma tiegħu bħala kummentatur ta’ Giochi Senza Frontiere, il-programm Ewropew li kien jiġbor quddiem it-televiżjoni familji sħaħ biex isegwu l-kompetizzjonijiet bejn pajjiżi differenti.

Matul is-snin mexxa wkoll programmi oħra fuq TVM u Net TV, fosthom Sas-Sagħtejn, 118 u Ħajjitna Ktieb. Dan tal-aħħar jagħti spazju lid-dinja tal-kotba u lill-awturi Maltin. Lil hinn mix-xandir, John għallem l-isport għal madwar 25 sena u ħadem ukoll fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, fejn ikkontribwixxa għall-organizzazzjoni ta’ kunċerti minn artisti internazzjonali bħal Tina Turner u Joe Cocker.

It-Tim ta' Gwida.mt jawguralu l-isbaħ xewqat lil John Demanuele u jixtieqlu saħħa, hena u aktar snin sbieħ mdawwar bl-għeżież tiegħu.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI