31% Taż-Żgħażagħ Maltin Ma Jagħmlu L-Ebda Eżerċizzju Fiżiku, Skont L-Istatistika

Statistika tal-Eurostat sabet li Malta għandha l-ikbar porzjon ta' żgħażagħ li ma jagħmlux eżerċizzju fiżiku - fil-fatt, 31% taż-żgħażagħ Maltin qalu li mhumiex fiżikament attivi.

Wara ż-żgħażagħ Maltin, huma ż-żgħażagħ Portugiżi u Bulgari li jiffurmaw l-akbar porzjon ta' żgħażagħ li ma jagħmlux eżerċizzju fiżiku.

L-istatistika sabet ukoll li min-naħa 'l oħra, fuq livell Ewropew, huma biss 16.3% taż-żgħażagħ Ewropej li mhumiex fiżikament attivi.

Fuq nota pożittiva, 73.1% taż-żgħażagħ Ewropej li għandhom bejn 16 u 29 sena jagħmlu l-eżerċizzju tal-inqas darba fil-ġimgħa. Huma biss 18.3% taż-żgħażagħ Ewropej li jagħmlu l-eżerċizzju bejn erbgħa u sitt darbiet fil-ġimgħa.

Intom x'taħsbu dwar ir-riżultat ta' din l-istatistika?

Ritratt:

Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI