“Filli Tikteb Erba’ Versi Fuq Is-Sufan. U Filli Tismagħhom Jitkantaw Minn Daniel Cauchi L-Irlanda” – Dr. Michael Spagnol

Michael u Daniel

Il-kantant lokali Daniel Cauchi ftit ilu ħabbar tragward ieħor fil-karriera mużikali tiegħu. Kif tafu hu klassifika fit-tieni post fl-aħħar Mużika Mużika li seħħ f'Marzu li għadda bil-kanzunetta Niftakarna.

Din il-kanzunetta issa qed tissemma anke barra minn xtutna, hekk kif tgħażlet fost it-tmien finalisti tal-Alzheimer Europe Anti-Stigma Award.

L-awtur ta' Niftakarna, Michael Spagnol, qasam anke kelmtejn dwar dan ir-rikonoxximent prezzjuż.

"Filli tikteb erba' versi fuq is-sufan. U filli tismagħhom jitkantaw minn Daniel Cauchi l-Irlanda. Ħajr lil Malta Dementhia Society u lil kull min il-kanzunetta laqagħha u għamilha tiegħu. Mużika Mużika"

Qasam anke ritratti ta' dan it-tragward li kisbu. Prosit tassew!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI