llum qed jitfakkar il-35 anniversarju mill-hijack tal-Egyptair – l-ajruplan li f’Novembru tal-1985 kien tniżżel f’pajjiżna wara li kien telaq minn Ateni fil-Greċja.

Ritratt: Facebook/Maltese Disasters
10 minuti biss wara li bdiet it-titjira, tliet membri Palestinjani ta’ Abu Nidal ħatfu l-ajruplan u l-pilota ma kellu l-ebda għażla ħlief li jieqaf fl-ajruport ta’ Malta b’emerġenza.

Ritratt: Facebook/Maltese Disasters
Żewġ attendenti tat-titjira midruba u 11-il passiġġier tħallew jinżlu mill-ajruplan, iżda l-hijackers bdew jisparaw lill-ostaġġi. Ħames passiġġieri ġew sparati u tlieta biss baqgħu ħajjin fl-aħħar.

Ritratt: Facebook/Maltese Disasters
Omar Mohammed Ali Rezaq, li kien wieħed milli ħataf it-titjira, rnexxilu jsalva u għamilha taparsi kien wieħed mill-passiġġieri. Waqt li kien qiegħed jingħata l-kura fl-isptar San Luqa, indunaw li kien wieħed mill-hijackers li salva. Aktar ktar tard hu ittieħed l-Amerika fejn ingħata sentenza ta’ għomor il-ħabs.
Facebook/Maltese Disasters