Il-kantanta Nicole Azzopardi u l-maħbub tagħha Wayne Camilleri se jgħidu s-signor si lil xulxin propju fis-16 t’Ottubru tal-2027. Hekk kif il-koppja jinstabu eċċitati għal din il-ġurnata, Nicole kitbet xi ħaġa ħelwa fuq il-facebook tagħha.
“365 ġurnata sakemm ngħdilek ‘iva’,” hi kitbet flimkien ma’ ritratt tagħhom flimkien.
Ħafna jafu lil Nicole fi ħdan il-familja tal-Eurovision wara l-parteċipazzjoni tagħha fil-Junior Eurovision fil-Belarussja fl-2010. Id-debutt internazzjonali tagħha fl-industrija tal-mużika sar fl-2004 fil-festival tat-tfal fl-Italja, Canzoni Per Ragazzi, Verdinote – festival ferm imfittex. Minn dak iż-żmien 'l hawn, hija rebħet diversi unuri f'kompetizzjonijiet fl-Italja, ir-Rumanija, l-Armenja, l-Estonja u Malta. Aktar 'il quddiem, fl-2018, hija kienet waħda mill-membri tal-grupp femminili Xtreme, li pparteċipa fl-ispettakli diretti tal-ewwel edizzjoni ta' X Factor Malta.
Facebook / Nicole Azzopardi