Elia Caterers qed jistiednu lil koppji li qed jippjanaw il-ġurnata tat-tieġ tagħhom biex jiltaqgħu magħhom u jkunu jistgħu jiggwidawhom u jgħinuhom jippjanaw l-isbaħ ġurnata ta’ ħajjithom. L-istedina hija miftuħa għal kulħadd nhar l-14 u l-15 ta’ Novembru waqt l-Open Weekend li ser isir ġewwa Giardini Lambrosa, ir-Rabat.

B’aktar minn 70 sena esperjenza fil-qasam tal-catering, Elia Caterers stabbilixxew ruħhom bħala waħda mill-kumpaniji ewlenin f’dak li jirrigwardja l-catering f’Malta. Bla dubju meta ssemmi tiġijiet, Elia Caterers huma garanzija ta’ serħan il-moħħ, esperjenza u kwalità, għalhekk ħafna koppji f’Malta jagħżlu li jafdaw il-ġurnata tant mistennija tagħhom f’idejhom.

Matul l-Open Weekend, il-koppji se jkunu jistgħu jesploraw Giardini Lambrosa u Veranda u jistgħu jiksbu informazzjoni dwar Villa Overhills u s-servizz ta’ outside catering li Elia Caterers joffru f’venues oħra. F’dan l-avveniment ħa jkun ukoll ippreżentat il-brochure il-ġdid li Elia jipproduċu kull sena, b’hekk il-koppji jkollhom l-opportunità jiddiskutu l-għażliet varji ta’ menus li jistgħu jiġu adattati għalihom kemm għal tiġijiet seated kif ukoll stand up, biex it-tieġ jista’ jitfassal għax-xewqa tal-koppja.

Meta tattendu dan l-Open Weekend, it-tim professjonali ta’ Elia Caterers ser idawarkom mal-venue, tippruvaw l-ikel mill-brochure il-ġdid u tiddiskutu magħhom il-varjetà ta’ menus, stations u stalls illi Elia Caterers joffru kif ukoll il-packages tax-xorb. Jekk għadkom qed tippjanaw it-tieġ żgur ser issibu din l-informazzjoni t’għajnuna. Elia Caterers ser joffru lil kull koppja li ser tattendi offerti esklussivi biex jagħmlu dil-ġurnata iktar speċjali. Għalhekk l-Open Weekend huwa l-opportunità ideali għat-tieġ tagħkom biex tagħmluh memorabbli kemm għalikom u għall-mistednin tagħkom.

L-avveniment se jsir ġewwa l-venue esklussiv ta’ Elia Caterers, Giardini Lambrosa ġewwa r-Rabat, u ser ikun miftuħ is-Sibt 14 ta’ Novembru 2026, bejn l-10:00 u t-20:00, bl-aħħar appuntament fis-19:00. Il-Ħadd 15 ta’ Novembru 2026, il-ħinijiet se jkunu mill-10:00 sas-19:00, bl-aħħar appuntament fis-18:00. Huwa rakkomandat li jsir appuntament minn qabel, u dawk li jkollhom appuntament se jingħataw prijorità. Madankollu, walk-ins huma milqugħa wkoll u jiġu akkomodati skont id-disponibbiltà. Il-konsultazzjoni hija bla ħlas u tista’ tibbukkjawha minn Elia Caterers – Open Weekend.
Għal aktar informazzjoni, tistgħu żżuru Elia Caterers, iċċemplu fuq 2124 6920 jew tibagħtu email fuq [email protected].