Għadu kif ħareġ ir-riżultat tal-ewwel fażi eliminatorja tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2025. Fl-23 ta’ Mejju li għadda ngħalqu l-applikazzjonijiet għal dan il-konkors, fejn ġew irreġistrati total ta’ 95 sottomissjoni.
Sena ilu rebħet l-edizzjoni tal-2024 KAREI bil-kanzunetta Nistħajlek Hawn. Din is-sena 40 kanzunetta huma fiċ-ċans li jgħaddu għall-finali ta’ Settembru u jirbħu t-titlu li jmiss.
Nifirħu lill-artisti kollha!
Facebook/ KKI