Johnston Farrugia, li ħafna jafuh aktar bħala l-Hooligan jew HOOLI, illum qed jiċċelebra għeluq sninu.
Il-HOOLI għamel id-debutt tiegħu lura fl-2003 bil-kanzunetta Oriġinali Bħali, u minn hemm brilla fil-popolarità ma’ Malta kollha. Sena wara hu ħareġ diska oħra ikonika Nieħdu Buzz, u kompla b’Hooliġinali u Triloġinali.
Dan l-aħħar snin HOOLI ħareġ aktar kanzunetti oriġinali fosthom, Bil-Kelma t-Tajba (flimkien mal-grupp Kantera), kif ukoll The World Is Mine fl-2023. Propju llum hu nieda l-kanzunetta INT! (Din għalik) flimkien ma' Nicole Cassar u New Even.
Dawn l-aħħar snin kienu speċjali għal Johnston, hekk kif hu u l-imħabba ta' ħajtu saru ġenituri.
Fost dawk li awgurawlu hemm bosta ħbieb u familjari, kif ukoll Qrendi FC. Il-klabb jikteb, "Awguri f'għeluq sninu lill-viċi president tal-klabb, Johnston Farrugia."
Awguri minn qalbna għażiż! Nixtiqulek l-isbaħ affarijiet illum u dejjem!
Facebook/ HOOLI