40% Tan-Nies Jagħżlu Li Jsalvaw Il-Kelb Tagħhom Minflok Persuna Kwalunkwe

Studju li tnieda fost il-poplu Amerikan sab li 40% tan-nies kieku jiġu darhom mal-ħajt jagħżlu li jsalvaw lill-kelb tagħhom, mhux persuna kwalunkwe.

Fl-istudju dawk li ħadu sehem ġew mistoqsija x’jagħmlu kieku quddiemhom hemm il-kelb tagħhom u persuna kwalunkwe li t-tnejn se jaqilgħu daqqa ta’ karozza fis-sekondi li ġejjin u jistgħu jsalvaw biss lil wieħed minnhom.

Il-parteċipanti ġew mistoqsija wkoll x’jagħmlu fil-każ li la jkunu jafu lill-kelb u lanqas lill-persuna. Hawnhekk l-ammont ta’ nies li għażlu li jsalvaw lill-kelb u mhux lill-persuna naqas b’mod sostanzjali.

Intant fix-xena internazzjonali din l-istatistika qanqlet dibattitu sħiħ hekk kif filwaqt li kien hemm iddeskriva dawn ir-riżultati bħala “inkwetanti”, oħrajn fissru kif dan juri biss li r-relazzjoni bejn l-annimali u l-bnedmin qiegħda dejjem tissaħħaħ.

Intom x’taħsbu dwar dan?







Ritratti:

Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI