41 Sena Ilu Kienet Ġurnata Sewda F’Pajjiżna – Il-Hijack Tal-Egyptair Ħasad Lill-Poplu Malti

Hijack Malta

Kien proprju bħal-lum 41 sena meta titjira li kienet fi triqitha minn Ateni għall-Kajr, spiċċat matufa u niżlet Malta.

Kienet ġurnata trawmatika għal bosta min-nies fejn saħansittra l-persuni li ħatfu l-ajruplan qatlu xi passiġieri u għeddew li joqtlu passiġier kull kwarta.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, MAViO qasmu xi informazzjoni rigward dan. "Matul konfrontazzjoni intensa li damet 24 siegħa, militanti sparaw fuq diversi ostaġġi wara li l-awtoritajiet Maltin irrifjutaw li jipprovdu fjuwil lill-ajruplan Boeing 737. Il-kriżi ntemmet b’mod traġiku l-għada filgħaxija meta commandos Eġizzjani daħlu bil-forza fl-ajruplan; dan wassal għal nirien qerrieda u skambju ta’ sparar li fihom tilfu ħajjithom 60 persuna."

Id-Dipartiment tal-Informazzjoni kienu qasmu anke xi ritratti dwar dak li ġara sewwa sew fit-23 ta' Novembru 1985.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI