L-Arċidjoċesi Tawgura Lil Dun Stefan Galea Għall-Ħidma Pastorali Bħala Arċipriet Fil-Parroċċa Ta’ San Gejtanu

Dun Stefan Galea

L-Arċidjoċesi ta’ Malta awgurat lil Dun Stefan Galea li beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.

"F’quddiesa ċelebrata lejlet is-Solennità ta’ Kristu Sultan, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi stiednu jirrifletti dwar l-awtorità ta’ Kristu permezz tal-imħabba u l-umiltà."

Hu fakkru li l-missjoni tiegħu hi li jkun “ragħaj u mhux sid, qaddej u mhux ħakkiem, missier u mhux sempliċement amministratur”, filwaqt li l-ewwel responsabbiltà tiegħu għandha tkun li jħobb lill-komunità fdata f’idejh.

L-Arċidjoċesi tkompli, "L-Isqof saħaq mal-parruċċani preżenti li l-parroċċa hi ta’ Kristu, li hu r-Ragħaj u l-pedament tagħha, u li San Gejtanu hu mudell ta’ qadi għas-Saltna tiegħu. Fakkar ukoll li l-pussess ta’ arċipriet ġdid hu stedina lill-komunità biex iġġedded l-impenn tagħha fil-missjoni ta’ Kristu."

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI