Fondi B’Risq The Malta Trust Foundation U Tfal Fil-Bżonn – San Ġwann Scouts Group B’Ġest Nobbli

Marie-Louise Coleiro Preca

Il-President Emeritus ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, faħħret inizjattiva sabiħa ta’ San Ġwann Scouts Group, li permezz tagħha t-tfal qed jitgħallmu l-valuri tas-solidarjetà, tal-imħabba, tal-ġenerożità u tar-rispett lejn xulxin.

Il-Beavers ħadu sehem f’diversi attivitajiet biex jipprattikaw dawn il-valuri, filwaqt li ġabru fondi b’risq The Malta Trust Foundation sabiex jgħinu tfal żvantaġġati li jibbenefikaw mis-servizzi offruti mill-Fondazzjoni.

F’messaġġ li ppubblikat, Coleiro Preca kitbet, "Barra minn hekk, ġabru fondi b’risq The Malta Trust Foundation, biex jgħinu tfal żvantaġġati li jibbenefikaw mis-servizzi offruti mill-Fondazzjoni. Inizjattiva sabiħa li turi kif, sa minn età żgħira, it-tfal jistgħu jitgħallmu jkunu sensittivi għall-ħtiġijiet ta’ ħaddieħor u jagħtu sehemhom"

Hi rringrazzjat lill-Leaders, lit-tfal u lill-ġenituri tagħhom għall-impenn u l-ġenerożità tagħhom, filwaqt li awgurat lil San Ġwann Scouts Group biex ikompli jxerred dawn il-valuri sbieħ.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI