Il-Pulizija ta’ Malta fuq messaġġ li ħarġet fuq Facebook qalet li nħarġu 294 ċitazzjoni għal dawk in-nies li ma obdewx ir-regoli tal-Covid-19. Dan in-numru jiżdied mal-1,300 ċitazzjoni li taw l-uffiċajli tal-LESA. Numru kbir ħafna li juri kemm għadd ta’ persuni għadhom mhux jifhmu l-gravità tas-sitwazzjoni.
Il-pulizija tgħid ukoll li kien hemm 42 persuna li kellhom booking ta’ gruppi b’aktar minn 6 persuni. Dan mhux permess lanqas!
Ningħaqdu mal-pulizija u nħeġġu biex:
- Dejjem tintlibes il-maskra sew fejn taħbi l-imnieħer, ħalq u l-geddum.
- Il-maskri meta jkunu disposable jintefgħu ġol-bins mhux fl-art.
- L-aħħar u mhux linqas nosservaw id-distanza soċjali!
Nieħdu ħsieb xulxin!