Michelle Mifsud, ittella’ din l-aħbar tajba mill-pjattaforma fejn tħabbar ir-rebħa tagħha f’kompetizzjoni li tirrikjedi ħafna stamina. F’28 siegħa u 36 minuta, f’tiġrija bla waqfien li testendi fuq 452 kilometru, hija wriet reżistenza, saħħa mentali u determinazzjoni eċċezzjonali. Din l-isfida tikkonsisti f’żewġ darbiet l-isfida Ironman, kollha f’daqqa: 7.6km għawm, 360km rota, u 84km mixi/jogging – kollox mingħajr mistrieħ!
Din ir-rebħa mhux biss tirrappreżenta unur personali imma jagħti ispirazzjoni kbira lill-isport femminili f’Malta. Prosit mill-qalb!
“Mhux xi ħaġa li nagħmel ta’ spiss – li ngħolli t-tazza ta’ IUTA!
It-tieni mara fil-kategorija Double Continuous waqt il-Bretzel Ultra Triathlon – b’ħin ta’ 28 siegħa u 36 minuta ta’ tiġrija bla waqfien fuq distanza totali ta’ 452km!”
Prestazzjoni li teħtieġ kuraġġ, determinazzjoni u stamina li diffiċli timmaġina. Prosit mill-qalb għal dan il-kisba straordinarja!