Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu d-DJ lokali JJoy Refalo kiteb messaġġ fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu. Jesprimi kemm japprezza l-ħajja, dak kollu li għandu fil-ħajja fosthom il-familja, u dwar l-importanza għalih li jgħin lil min hu fil-bżonn.
“46 sena llum. Grat għal kollox u bħal dejjem mhux se naċċetta rigali u se nagħti kollox lill-karità. Għalija dak hu l-akbar rigal. Grazzi lill-familja, ħbieb u segwaċi tiegħi talli qegħdin f’ħajti…”
JJoy jinsab ħerqan biex ikompli jxerred l-imħabba u l-hena kemm jista’ jkun. Awguri minn qalbna JJoy u Prosit tal-ġest nobbli li dejjem twettaq!