5 Kilometri Madwar Il-Belt Valletta

Illejla ser issir dik li qed tissejjaħ bħala l-Valletta 5k, tellieqa b’rotta madwar il-Belt kapitali Valletta.

Dawk li ser jipparteċipaw jistgħu jagħżlu li jimxu jew inkella jiġru t-tul tal-maratona. Il-ġirja/mixja ser tibda' mill-pjazza ta' Kastilja u tispiċċa quddiem il-binja tal-parlament.

Imma tellieqa fix-xemx taqli t’Awwissu?! Il-Valletta 5k ser tibda’ fit-tmienja ta’ filgħaxija jiġifieri l-parteċipanti kollha ser jiskappaw is-sħana li qed tagħmel u jieħdu gost itellqu mal-familja, ħbieb jew kollegi tagħhom.

via GIPHY

Ir-rotta minn kif wieħed jista’ jara’ mir-ritratt t’hawn isfel, hija ppjanata madwar id-dawra tal-Belt Valletta biex wieħed kemm jista’ jkun igawdi x-xeni spettakolari li toffri l-Belt kapitali tagħna.

Din it-tellieqa hija parti mill-programm ta’ attivita fiżika li qed torganizza l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta b’kollaborazzjoni mal-Malta Employees Sports Association u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.

Facebook / @JasonMicallefPL2013

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI