“Bravu Lorenzo!” – Mument Ħelu Fil-Knisja Bejn Iċ-Ċkejken Lorenzo U S-Surmast Lelio Spiteri

Is-Surmast Lelio Spiteri qasam mument tassew ħelu u sinċier li seħħ waqt quddiesa, fejn tifel żgħir jismu Lorenzo għamel dik il-lejla waħda speċjali għalih.

Fil-messaġġ li qasam fuq Facebook, Spiteri spjega kif Lorenzo jħobb imur il-knisja man-nanna u n-nannu tiegħu u li bħalissa jattendi l-iskola tiegħu fil-Kinder 1. Huwa qal li kien ilu jgħid lit-tifel kemm jieħu gost jarah il-knisja u li xtaq li xi darba joqgħod ħdejh waqt li jkun qed idoqq l-orgni. 



U proprju lbieraħ filgħaxija, din ix-xewqa saret realtà! “Kif rani dieħel il-knisja, ġie b’ġirja fuqi,” kiteb Spiteri b’emozzjoni. Lorenzo qatta’ l-quddiesa kollha bilqiegħda ħdejh, kultant jagħfas xi nota jew buttuna tal-orgni, bejn tbissima u tegħmiża ħelwa. 



Is-Surmast temm il-kitba tiegħu b’messaġġ qasir iżda mimli apprezzament: “Bravu Lorenzo!” Ir-ritratt li akkumpanja l-messaġġ jindika tbissima ġenwina bejn it-tnejn, f’mument li ħafna segwaċi ddeskrivew bħala wieħed sabiħ u emozzjonali.



Ritratti:

Fb/ Lelio Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI