Ġurnata tassew speċjali għall-familja ta’ Rachel Vella, hekk kif il-ġenituri tagħha, Rita Vella u Charles Alexander Vella, qed jiċċelebraw 59 sena ta’ żwieġ, tragward sabiħ li jirrifletti snin twal ta’ mħabba, għaqda u esperjenzi flimkien. F’din l-okkażjoni, Rachel qasmet messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali, fejn sellmet lill-ġenituri tagħha għall-imħabba li għadha tgħaqqadhom wara tant snin.
"Minkejja t-tajjeb, il-ħażin u dak kollu li ġie bejniethom, għadhom spalla ma’ spalla, għadhom jitbissmu. 59 sena flimkien. Jalla Alla jberikkom it-tnejn," kitbet Rachel. Ċertament, 59 sena ta’ żwieġ huma xhieda ta’ rabta li għaddiet minn bosta esperjenzi u sfidi, iżda li baqgħet soda matul is-snin.
Minn qalbna nawguraw lil Rita u Charles aktar snin ta’ saħħa, hena u mħabba flimkien. Awguri mill-isbaħ!
Facebook / Rachel Vella