63 Sena Ġara Dan L-Inċident Fi Munich. Plejers U Ġurnalisti Fost Dawk Li Tilfu Ħajjithom

Bħal-lum 63 sena ilu t-tim ta’ Manchester United kien għadu kemm jilgħab logħba futbol ġewwa Belgrade fis-Serbja. L-ajruplan li fuqu kienu qed jivjaġġaw kellu jieqaf fi Munich biex jingħatalu l-fjuwil u meta lestew sabiex tkompli t-titjira l-ajruplan falla milli jaħdem.

Mat-tielet darba li l-pilota prova jsuq l-ajruplan biex ikomplu l-vjaġġ lura lejn Manchester dan iġġarraf u kawża ta’ dan tilfu ħajjithom 23 persuna li jinkludu plejers, staff tat-tim, kru tal-ajruplan u ġurnalisti.





Din il-ġrajja xxokjat lid-dinja kollha, speċjalment lil dawk li għandhom għal qalbhom il-futbol, u għadha tiġi mfakkra sal-lum il-ġurnata.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI