7 Snin Ta’ Tmexxija U Dedikazzjoni – Il-Kunvent Dumnikan Tal-Birgu Jfakkar L-Anniversarju Ta’ Patri Aaron Zahra OP Bħala Pirjol

Il-komunità tal-Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata fil-Birgu fakkret jum importanti fil-mixja pastorali tagħha, hekk kif bħal-lum seba’ snin ilu Patri Aaron Zahra OP beda uffiċjalment imexxi din il-komunità wara li kien ġie elett għall-ewwel darba bħala Pirjol.

Permezz ta’ messaġġ imtella’ fuq il-midja soċjali, il-kunvent qasam dan it-tragward sinifikanti filwaqt li stieden lill-parruċċani biex jingħaqdu f’talb għalih. Huma talbu sabiex il-Mulej ikompli jżommu taħt il-ħarsien tiegħu u jimlilu ħajtu bl-għerf, il-kuraġġ u s-saħħa meħtieġa biex ikompli jiggwida u jmexxi l-komunità Dumnikana tal-Birgu b’għożża u impenn bħalma dejjem għamel matul dawn is-snin.

Nawguraw lil Patri Aaron Zahra OP aktar snin ta’ ħidma fejjieda u risq fit-tmexxija spiritwali u komunitarja tiegħu.

Ritratti:

Facebook/Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, il-Birgu

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI