Il-komunità ta’ Trento fl-Italja tinsab f’luttu wara l-mewt ta’ Don Lino Zatelli, qassis ta’ 75 sena li nstab mejjet fid-dar tiegħu nhar it-12 ta’ Awwissu. Rapporti fil-midja Taljana qed jgħidu li l-qassis temm ħa ħajtu b’idejh.
Ftit qabel mewtu, Don Lino kien sar jaf li wara madwar 25 sena kellu jħalli l-parroċċa tiegħu għal inkarigu pastorali ġdid. Hu kien wera li din id-deċiżjoni kienet diffiċli għalih, tant li l-komunità kienet anke nediet petizzjoni biex jibqa’. Skont ix-xewqa li ħalla hu stess, il-funeral tiegħu se jsir fil-privat.
Jistrieh fis-sliem.