Aħbar pożittiva waslet mingħand Guilherme’s Journey of Hope, hekk kif wara l-istennija għar-riżultat tal-MRI, ġie żvelat li r-riżultat huwa stabbli.
Aktar kmieni matul il-ġurnata, fuq il-paġna ta’ Guilherme kien tpoġġa filmat li fih intqal: “Qed inkellimkom. Grazzi ta’ kemm tieħdu ħsiebi. Illum nistennew ir-riżultat tal-MRI…”
Ftit sigħat wara waslet l-aħbar li tant kienu qed jistennew, hekk kif ġie kkonfermat li r-riżultat tal-MRI kien wieħed stabbli. Fl-istess ħin, Guilherme wassal kelmtejn mill-qalb lil dawk kollha li qed isegwu l-vjaġġ tiegħu u jżommuh fit-talb tagħhom: “Inħobbkom. Grazzi lilkom ilkoll ta’ kemm titolbu għalija.”
Żgur li din l-aħbar iġġib magħha ftit serħan il-moħħ għal Guilherme, il-familja tiegħu u l-ħafna persuni li qed isegwu l-vjaġġ tiegħu mill-qrib.
Facebook/ Guilherme’s journey of hope