Il-Baħar Mediterran Laħaq It-30°C – Imma Dan Xi Jfisser Għat-Temp? 

Il-baħar Mediterran laħaq temperatura ta’ 30°C, u filwaqt li għal ħafna dan ifisser ilma mill-isbaħ għall-għawm, l-istorja ma tieqafx hemm.

Mid-Djarju tat-Timba spjega li aktar ma jisħon il-baħar, aktar ikun qed iżomm fih enerġija. Din is-sħana twassal ukoll għal aktar evaporazzjoni, xi ħaġa li eventwalment jista’ jkollha effett fuq it-temp. Fi kliem sempliċi, baħar aktar sħun jista’ jgħin biex ċertu maltemp isir aktar qawwi meta jkunu preżenti l-kundizzjonijiet meħtieġa.

Il-paġna semmiet ukoll il-fatt li l-Mediterran huwa baħar kważi magħluq. Dan ifisser li l-ilma tiegħu ma jitħallatx daqshekk faċilment ma’ ilma aktar frisk minn barra r-reġjun u b’hekk jista’ jisħon aktar u jdum aktar biex jerġa’ jiksaħ. Għalhekk, dawk it-30°C mhumiex biss numru sabiħ għal min sejjer jagħmel għawma! 

It-temperatura tal-baħar għandha rabta mat-temp ta’ madwarna u tista’ tkun fattur importanti meta jiżviluppaw sistemi ta’ maltemp!

Ritratti:

Facebook/ Mid-djarju tat-timbal

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI