“Dawk Kienu Ż-Żminijiet!” – Tifkira Nostalġika Ta’ Kif It-Tfal Kienu Jqattgħu L-Vaganzi Ta’ Novembru

Għal ħafna, il-bidu ta’ Novembru jġib miegħu mumenti ta’ tifkira u nostalġija. F’kitba li dehret fuq il-paġna ta’ Facebook L-Eku Tal-Ħsieb, l-awtur ħares lura lejn it-tfulija tiegħu u lejn kif hu u sħabu kienu jqattgħu Jum il-Qaddisin Kollha u Jum il-Mejtin.

Skont din it-tifkira, għalihom dawn il-ġranet kienu festa wkoll għax ma kienx ikollhom skola. Gruppi ta' tfal kienu jinżlu fil-wied, fejn kienu jqattgħu sigħat jilagħbu, jesploraw u jgawdu l-ambjent ta’ madwarhom.

Fil-kitba jissemmew ukoll l-affarijiet li kienu jieħdu magħhom: trabokk tal-pitirrossi, nassa tradizzjonali, biċċa gradilja qadima biex isajru fuqha, ħobż mill-forn, burgers u zalzett. Kienet ġurnata li fiha l-avventura kienet tibda b’affarijiet sempliċi.

L-awtur jiftakar il-wied mimli bl-ilma tax-xita, l-għadajjar u diversi ħlejjaq. It-tfal kienu jibqgħu hemm sal-għabex. “Dawk kienu ż-żminijiet! Il-ħajja kienet sempliċi, imma l-avventuri tagħna kienu kbar,” kiteb l-awtur, filwaqt li fakkar kif kienu jirritornaw id-dar bil-ħamrija fuqhom u bir-riħa tad-duħħan ma’ ħwejjiġhom.

Ritratt:

Facebook/ L-eku tal-ħsieb

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI