Luke u Anna Paola ġew inkurunati bħala r-rebbieħa tar-raba’ staġun ta’ Love Island Malta, wara ġimgħat ta’ sfidi, emozzjonijiet u mumenti li żammew lit-telespettaturi mwaħħlin mal-iskrin.
Fit-tieni post spiċċaw Giuseppe u Anthea, filwaqt li Zack u Hailey kisbu t-tielet post. Neil u Yasmine, li wkoll waslu sal-finali tal-programm, ikklassifikaw fir-raba’ post. L-erba’ koppji finalisti rnexxielhom jirbħu l-appoġġ tal-pubbliku wara ġimgħat ta’ emozzjonijiet, sfidi u mumenti memorabbli fil-villa, iżda kienu Luke u Anna Paola li finalment ħadu magħhom it-titlu tar-rebbieħa ta’ Love Island Malta 2026.
Tul il-vjaġġ tagħhom fil-villa, Luke u Anna Paola bnew relazzjoni li dehret dejjem tissaħħaħ, filwaqt li affrontaw diversi sfidi u mumenti emozzjonanti flimkien. Ir-relazzjoni ta’ bejniethom kienet evidenti li bidet tiffjorixxi kemm għall-parteċipanti l-oħra kif ukoll għall-udjenza li segwiet il-programm.
Bosta persuni fuq il-midja soċjali sellmu r-rebħa tagħhom, filwaqt li awgurawlhom futur sabiħ flimkien lil hinn mill-villa ta’ Love Island Malta.
Prosit lil Luke u Anna Paola għar-rebħa tagħhom u nawguraw lill-koppji, futur mill-isbaħ barra mill-villa.
Fb/ Love Island Malta