“Ninsab Kburija Bijja Nnifsi” – Kate Taqsam Passi Ġodda B’Aktar Indipendenza Waqt Terapija Intensiva F’Londra

Kate mill-paġna Kate: Writing My Story qasmet aġġornament pożittiv dwar il-progress tagħha waqt li tinsab f’Harlow, Londra, għal programm intensiv ta’ terapija ta’ tliet ġimgħat fiċ-Ċentru NAPA.

Fil-messaġġ tagħha, Kate spjegat li bħalissa qed taħdem fuq mod importanti ta’ komunikazzjoni permezz ta’ apparat magħruf bħala eye-gaze device. Dan huwa monitor li jsegwi l-movimenti tal-għajnejn tagħha u jgħinha tesprimi dak li tkun trid tgħid.Kate spjegat li l-apparat ingħatalha mill- Malta Trust Foundation.



Barra minn hekk, qasmet ukoll progress ieħor importanti fil-vjaġġ tagħha lejn aktar indipendenza. Hija spjegat li issa qed titgħallem tiekol waħedha b’assistenza minima, kapaċi tuża furketta, taqbad l-ikel u tiekol waħedha.“Din hija titjiba kbira u ninsab kburija ħafna bija nnifsi,” kitbet Kate, filwaqt li żiedet li tinsab ħerqana biex tikseb aktar suċċessi wara li tlesti dan il-programm intensiv.



Il-messaġġ tagħha ntlaqa’ b’ħafna messaġġi ta’ inkoraġġiment u appoġġ mingħand dawk li ilhom isegwu l-vjaġġ ispiranti tagħha.



Ritratti:

Fb/ Kate: Writing my story

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI